L-abbozzi #143 u #144 jagħtu
setgħa bla kontroll lill-iżviluppaturi
u jneħħu l-protezzjoni ambjentali
Ġustizzja għal Artna!

L-abbozzi #143 u #144 u l-avviżi legali proposti huma attakk dirett fuq id-demokrazija ta' Malta u l-ambjent. Jeqirdu s-salvagwardji, jxekklu l-oġġezzjonijiet, u jagħtu l-Awtorità tal-Ippjanar setgħa bla kontroll. Il-ħin biex nieħdu azzjoni hu issa!

X'hemm fl-abbozzi?

Ħtif Arbitrarju tal-Poter

L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Ministru jkollhom setgħat bla qies — jaqbżu l-politiki eżistenti, ibbidlu l-għoli tal-bini, ibiddlu deżinazzjonijiet ODZ u saħansitra jattivaw permessi skaduti.

Il-Pjanijiet Lokali Jsiru Inutili

Politiki ġodda ma jkollhomx aktar għalfejn isegwu l-Pjani Lokali. Kull politika maħruġa mill-rieda tal-PA jew mill-Ministru se tingħata prijorità - anke jekk tikser l-oħrajn kollha.

Daqshekk Protezzjoni Ambjentali

Id-deċiżjonijiet tal-ippjanar mhux se jkollhom għalfejn iqisu l-impatti fuq l-ambjent jew kunsiderazzjonijiet sanitarji.

Id-Dritt tal-Pubbliku għall-Appell Mħassar

Id-dritt għall-appell jiġi ristrett sew. Tista’ tappella biss fuq punti tekniċi u legali mqajma waqt il-fażi tal-oġġezzjoni, filwaqt li l-applikazzjoni tkun għadha pendenti.

20 Jum Biss għall-Appell U Tirriskja Multa

Il-pubbliku se jkollu biss 20 ġurnata ċans biex iressaq appell. Jekk l-appell jitqies 'frivolu', tista’ tiġi imposta multa ta’ €5,000 - mingħajr ma tkun tista’ tiġi kkontestatha.

Il-Qrati Se Jitilfu s-Setgħa Tagħhom

Anke jekk l-appel jintrebaħ fil-qorti, il-permess ma jistax jiġi mħassar. Il-qorti tista biss tibgħat il-każ lura lit-Tribunal tal-PA stess, li mhuwiex indipendenti.

Dak Li Hu Illegali Jsir Legali

Jekk appell fil-qorti jdum aktar minn ħames xhur, kull ma jkun inbena wara dak iż-żmien se jsir awtomatikament legali.

Il-Protezzjoni Ambjentali Mxekkla

L-hekk imsejħa "drittijiet vestiti" ġodda se jostakolaw lill-gvernijiet futuri milli jtejbu l-protezzjonijiet ambjentali kif jiddettaw iċ-ċirkostanzi.

Id-Diskrezzjoni Tiddomina

Tribunal li mhuwiex indipendenti se jkollu setgħa diskrezzjonali kbira, inkluż l-abbiltà li jbiddel il-pjanijiet f'nofs il-proċess.

L-Illegalitajiet Ippremjati

Kull tip ta' żvilupp illegali, inkluż f'żoni sensittivi bħall-ODZ u l-UCA, jew se jiġi regolarizzat jew se jingħata konċessjoni. Dan iwaqqaf kwalunkwe infurzar, u jagħmilhom de facto legali. L-ebda waħda mill-illegalitajiet imsemmija mhu se jkollha tikkonforma mal-politiki tal-ippjanar eżistenti.

It-talbiet tagħna
Irtiraw l-abbozzi minnufih
Tikkonsultawx fuq leġiżlazzjoni li hija fundamentalment difettuża, b'intenzjoni malizzjuża, u impossibbli li tiġi rimedjata. Irtiraw l-abbozzi u l-avviżi legali minnufih.
Waqfu xogħol ta' żvilupp fi żmien l-appell
Emendaw l-liġi biex jitwaqqaf immedjatament ix-xogħol kollu fuq żviluppi approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar waqt li jkun hemm appell pendenti.
White Paper għal konsultazzjoni ġenwina
Ippubblikaw White Paper li tniedi konsultazzjoni ġenwina dwar ir-riformi li pajjiżna għandu bżonn. Aqra l-proposti tagħna għar-riforma tal-ippjanar li għandna bżonn.
Proposti

Is-sejħa tal-kampanja biex dan il-pakkett leġiżlattiv allarmanti jiġi rtirat b'mod immedjat minn dejjem kienet akkumpanjata minn talbiet għal riforma ġenwina fl-ippjanar li l-għaqdiet ambjentali, komunitarji u agrikoli ilhom itennu għal snin sħaħ — riforma li tassew taqdi l-ħtiġijiet ta' pajjiżna u tal-poplu, u tindirizza l-isfidi tal-ippjanar li ilhom għaddejjin snin sħaħ.

Qed nippreżentaw erba' proposti ewlenin li għandhom jiffurmaw il-bażi ta' riforma ġenwina tal-ippjanar; erba' prinċipji fundamentali li jridu jkunu inklużi fi kwalunkwe riforma li għandha l-għan li taqdi l-ġid komuni u mhux l-interessi ta' ftit żviluppaturi.

Waqqfu x-Xogħlijiet Waqt Appell

Kull xogħol marbut ma'permess għall-iżvilupp għandu jkun sospiż waqt li jkun hemm appell għaddej quddiem it-Tribunal (EPRT) jew il-Qrati. Għandu jkun hemm limitu ta' żmien li fih jinqatgħu l-appelli, li jiżgura li l-każ jintemm mingħajr dewmien filwaqt li jkun hemm ċans biżżejjed sabiex il-partijiet ikkonċernati jippreparaw u jippreżentaw il-każ tagħhom.

Neħħu l-Illegalitajiet

Il-liġi għandha tiżgura li l-illegalitajiet jitneħħew fiżikament, b'limitu ta' żmien li fih għandhom jinqatgħu l-appelli minn deċiżjoniijiet ta' infurzar. Partijiet terzi għandhom jingħataw il-possibilità li jipparteċipaw fil-proċeduri tal-infurzar, u għandu jkun hemm one-stop-shop li jkun responsabbli minn każijiet ta' infurzar marbuta mal-imwejjed u s-siġġijiet kummerċjali, u l-istorbju.

Daqshekk Sanzjonar fl-ODZ

Is-sanzjonar ta' strutturi illegali fl-ODZ li nbnew wara l-2008, u li ma jistgħux ikunu sanzjonati permezz ta' emenda minuri, għandu jkun projbit.

Art Terġa' Tiddaħħal Lura fl-ODZ

Artijiet ta' importanza agrikola, naturali, soċjali u storika, li ġew imneħħija mill-ODZ fl-2006, u li għadhom ma ġewx kommessi għall-iżvilupp b'permessi approvati, għandhom jerġgħu jidħlu fl-ODZ u jkunu protetti mill-kostruzzjoni.

Oġġezzjona għall-abbozzi

1. Agħżel ir-rappreżentanti eletti tiegħek

Agħżel ir-rappreżentanti eletti fil-lokalità tiegħek mil-lista tal-MPs. Inħeġġuk tagħżel l-MPs kollha fil-lokalità tiegħek.

2. Imla d-dettalji tiegħek

Imla ismek u n-numru tal-karta tal-identità. Aħna ma nżommux dawn id-dettalji; jintużaw biss biex timtela awtomatikament il-firma fl-aħħar tal-messaġġ.

3. Iċċekkja u ibgħat

Iċċekkja l-messaġġ li se jintbgħat lir-rappreżentanti eletti tiegħek, agħżel il-klijent tal-email (Gmail, Outlook, oħrajn) u ibgħat l-oġġezzjoni tiegħek kontra l-abbozzi tar-riforma tal-ippjanar.

Appoġġjat minn
BirdLife Malta
Din l-Art Helwa
Moviment Graffitti
Għawdix
Nature Trust Malta
Ramblers Association Malta
Wirt Għawdex
Friends of the Earth Malta
Flimkien għal Ambjent Aħjar
Front Żgħażagħ Għall-Ambjent
Repubblika
Occupy Justice
Azzjoni Tuna Artna Lura
M-ARCH
MAS
ReLeaf Malta
141 Records
Aditus
FCMHB
GĦSL
KSU
Light Pollution Awareness Group
M.R.U
MGRM
Marsaskala Residents Network
PEN Malta
S-Cubed
SRA
Sharklab
Wirt iz-Zejtun
ESA
7R Lifestyle Malta
Il-Bandiera tal-Ħaddiem
Għaqda Storja u Kultura Birzebbuġa
Ghaqda Residenti Tal-Qrendi
Humanists Malta
Illum
MaltaToday
ACT
SDM
Vuċi Kollettiva
Christian Life Community
Dance Beyond Borders
Kopin Malta
Men Against Violence
Residenti Beltin
Żminijietna
Criminology Students' Association
Marsaxlokk Residents
Malta University Historical Society
Pembroke Residents
The European Law Students' Association
Junior Chamber of Advocates
Society of Architecture & Civil Engineering Students
MMSA
Betapsi
MHSA
Gozo University Group
DESA
University Engineering Student Association
ASCS
CASA
MKSA
Malta International Relations Student Association
Solidarjetà
Friends of Villa Frere
The Grow 10 Trees Project
K
Save the North
Teqirdux Ħad-Dingli
Integrated Resources Managment

Kull grupp f'Malta u Għawdex huwa mistieden japprova l-kampanja billi jibgħat email fuq info@gustizzjartna.org. Il-gruppi jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet mhux governattivi, residenti, studenti, ħaddiema u bdiewa. Kull grupp li mhuwiex partiġġjan u li l-għanijiet tiegħu jaqblu mat-talbiet tagħna huwa mistieden jissieħeb..

Ġustizzja għal Artna!